Din Mhix Logħba

Jinxtara minn hawnhekk

Adrian Grima - Din Mhix Loghba - Stejjer KKM_q


 

Fil-bidu ta’ Novembru 2012 ħarġu għall-bejgħ żewġ kotba ta’ stejjer u poeżiji ta’ Adrian Grima għall-adolexxenti. Din Mhix Logħba hija ġabra ta’ erba’ novelli u Vleġġa Kkargata hija ġabra ta’ poeżiji. Iż-żewġ kotba, ippubblikati mill-Klabb Kotba Maltin, fihom 20 tpinġija bil-kulur tal-artista żagħżugħa Karen Caruana.

Din Mhix Logħba ġie t-tieni fil-kategorija tan-narrattiva għall-adolexxenti fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tal-2013 għall-kotba li ħarġu fl-2012.

Fiż-żewġ kotba Adrian Grima jirrakkonta stejjer u sitwazzjonijiet tad-daħk u oħrajn verament serji, u dejjem ifittex li joħloq djalogu mal-qarrejja tiegħu. Uħud mit-temi li jiddiskuti fil-poeżiji u l-istejjer tiegħu ma jidhrux wisq fil-letteratura Maltija għall-adolexxenti. U meta jaqbad temi magħrufa jesperimenta bi stili differenti.

L-ewwel storja fil-ktieb Din Mhix Logħba, li nkitbet fl-2008, jisimha “Ġejja l-Elezzjoni” u titkellem dwar tifel li ma jistax jara l-futbol fuq it-televixin għax nannuh iffissa fuq id-dibattiti politiċi. L-istramberiji tal-politika nazzjonali jfakkruh fl-esperjenza qarsa ta’ meta ħareġ għall-Kunsill tal-Istudenti tal-iskola. Imma d-dehra ta’ Kirsty, nofsha barra mit-tieqa tal-karozza, ixxejjer il-bandiera tal-partit, iġġiegħlu jibda jieħu interess fil-politika.

It-tieni storja “Filgħodu Nqum IKMISSRE,” li t-tpinġija minnha tidher fuq il-qoxra tal-ktieb, tistħarreġ b’mod pjuttost leġġer ir-relazzjoni diffiċli ta’ tifel li qed jikber ma’ missieru. Imma hija wkoll storja bi stejjer oħrajn ġo fiha, minn dik dwar il-vuċi pastaża fuq it-telefown sal-għarqa tal-Maris Stella fil-Lvant tal-Mediterran.

“Fabbrika tar-Rikordji,” min-naħa l-oħra, tirrakkonta l-esperjenzi, ibbażati fuq sitwazzjonijiet veri, ta’ adolexxenti li jaħdmu f’fabbrika illegali tat-tessuti ujridu jlestu qalziet ta’ taħt kull nofs minuta. Iżda l-ġrajjiet jiżviluppaw fi storja ta’ lealtà u tradimenti.

Ir-raba’ novella f’Din Mhix Logħba tirrakkonta l-ġrajja ta’ Maya u l-ħabiba tagħha Neshe, it-tnejn iffissati fil-pittura ta’ Frida Kahlo, li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni drammatika simili għal dik tal-artista li jammiraw. “Bħall-Kuluri Mxarrbin tal-Ħuta” hija wkoll storja dwar il-ħbiberija u dwar ir-relazzjoni ta’ Maya mal-baħar.

L-artista Karen Caruana, li ispirat ukoll waħda mill-istejjer, bdiet tpinġi meta kienet tifla tal-iskola. “Kont inpinġi kull meta suġġett l-iskola ma kienx iqanqalli kurżità (jiġifieri ħafna drabi); kull meta l-għalliema ma jkunux qed iħarsu; kull meta nara karta vojta, jew togħġobni s-sensazzjoni meta mmiss karta partikulari; kull meta nsib lapes skur li jimmarka mingħajr ma jigref il-karta (lapes 2B kien lussu meta kont żgħira)… Kont inpinġi kemm bħala passjoni u kemm għax dejjem kont insib wens kbir.” It-tpinġijiet fiż-żewġ kotba jiġbdu l-għajn iżda fihom ukoll ħafna ħsieb.

http://www.maltatoday.com.mt/en/newsdetails/news/interview/Words-know-no-age-Adrian-Grima-20121118

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20121118/books/Short-stories-and-poetry-for-young-adults.446046


 

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s