Minn Kull Xorta ta’ Qżież

Il-ktejjeb “Minn kull xorta ta’ qżież.” Dun Karm u l-konfini tal-identità fil-mument tal-metafora ta’ Dr Adrian Grima jinsab għall-bejgħ.

adrian-grima_minn-kull-xorta

Jekk tixtieq tirċievi kopja tal-ktejjeb (64 paġna), ikteb lid-Dipartiment tal-Malti malti-arts@um.edu.mt u ibgħat l-indirizz residenzjali tiegħek. Qed nitolbu donazzjoni ta’ €4 biex tgħinna nifdu parti mill-ispejjeż tal-produzzjoni. Il-flus tista’ tibgħathom b’ċekk pagabbli lill-Università ta’ Malta, fl-indirizz Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar, Id-Dipartiment tal-Malti, L-Università, L-Imsida MSD 2080.

adrian-grima - minn kull xorta ta' qziez - shih

Dan l-istudju għandu jinteressa lil min jistudja l-lingwa u l-letteratura Maltija, il-metafora, in-Nazzjonaliżmu, l-istorja soċjali u politika ta’ Malta ta’ qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, inklużi l-Faxxiżmu, il-qawl qadim ta’ “Malta fior del mondo” u l-ġrajjiet li nqalgħu meta l-Isqof għamel prietka bit-Taljan. L-istudju jiddiskuti temi bħall-verġinità u r-rappreżentazzjoni tan-nisa, b’referenza għal L-Għerq tad-Dimonju Mikxuf f‘Malta tal-Mons. Pawlu Galea, il-kunċetti tas-safa u l-ħmieġ, u ritratt ta’ Dun Karm liebes ta’ Għarbi meħud Tuneż fl-1901. Hemm dan u iżjed f’dan il-qari wiesa’ u oriġinali ta’ poeżija straordinarja miktuba minn poeta mill-aqwa.

Parti minn din ir-riċerka nqrat fil-Konferenza Karmen Mikallef Buħaġar organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università fid-9 ta’ Diċembru 2011.


 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s