Ilsienna fuq TVM2

Trailer ta’ episodju tal-programm Ilsienna fuq TVM dwar l-għaqdiet tal-Malti. Adrian Grima jitkellem dwar Inizjamed. Novembru 2018.

Wiċċ imb Wiċċ Ep 47 – Adrian Grima

F’dan l-episodju ta’ Wiċċ imb Wiċċ Antonella Axisa titkellem ma’ Adrian Grima dwar il-ktieb tiegħu ‘Din Mhix Logħba’, ġabra ta’ 4 novelli għall-adolexxenti li jmissu ma’ temi differenti. Fosthom, il-partiġjaniżmu politiku, l-impjieg illegali ta’ nies taħt l-età, ir-relazzjoni diffiċli tat-tfal li jikbru waħedhom ma’ missierhom. Infakkrukom li l-verżjoni qasira tal-programm, … Continue Reading Wiċċ imb Wiċċ Ep 47 – Adrian Grima

Dwar it-Tagħlim tal-Malti fuq Radju Malta

Fl-edizzjoni tal-programm Il-Polz taċ-Ċittadin fuq Radju Malta tal-11 ta’ April 2018, ħadu sehem id-Direttur Ġenerali tal-Edukazzjoni għall-kurrikulu, it-tagħlim matul il-ħajja, u l-impjegabilità, is-Sur Stephen Cachia, u Dr Adrian Grima, mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta. Mexxiet il-programm Cynthia Zerafa.    

Dwar it-Tagħlim tal-Malti fuq Arena

Dr Frank Fabri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, u Dr Adrian Grima, mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta, jiddiskutu d-dħul tas-suġġett tal-Malti bħala Lsien Barrani u l-Malti Applikat fil-programm Arena fuq ONE TV tal-21 ta’ Marzu 2018.    

“B’idejna” | Film ta’ Alistair Abela

Alistair Abela, student tal-films fl-MCAST, għamel dan l-addattament tal-poeżija tiegħi “B’idejna” bħala parti mill-istudju tiegħu taħt il-gwida tal-lettur Ian Attard. Il-film jogħġobni għax jirrispetta t-ton ironika tal-poeżija imma fl-istess joffri kumment viżiv li narah interessanti dwar il-poeżija.   Hawnhekk issib il-films kollha li saru mill-istudenti tal-MCAST dwar kitbiet li hemm … Continue Reading “B’idejna” | Film ta’ Alistair Abela