L-Esperjenza Unika tal-Ħoss tal-Għabex

kunċert.jpg
Mix-xellug: Manuel Pulis, Oliver Degabriele, Nadine Axisa, Joe Debono, fit-teatru tal-Università, il-Belt Valletta

Tagħmlux l-iżball li taħsbu li ladarba tistgħu tixtru l-album, m’hemmx għalfejn tmorru l-kunċert tal-lejla ta’ Nadine Axisa, Joe Debono, Oliver Degabriele, u Manuel Pulis. Dan il-kunċert huwa esperjenza unika. Esperjenza emozzjonanti ħafna f’teatru donnu maqtugħ għal mumenti verament speċjali bħal dawn.

Il-vuċi ta’ Rużar Briffa tinbidel f’sensiela ta’ ħsejjes elettroniċi. “Rajt Raġel” titwieled mill-ġdid bil-vuċi stupenda ta’ Nadine u l-ark u l-kuntrabaxx ta’ Oliver. Ir-ritmi passjonali u l-esperimenti elettroniċi ta’ Manuel Pulis juru li hemm ħafna spazju fejn jista’ jterraq il-jazz f’Malta. U l-virtwożiżmu ta’ Joe Debono fuq il-keyboard kontinwament jesplora ħsejjes u kontramelodiji ġodda.

78712400_2524430770926245_3349855829799993344_o.jpg

Dawn il-mużiċisti bravissimi jieħdu l-mużika bil-Malti lil hinn mill-magħruf. Avventura li min jgħixha biss jista’ jagħti mqar ħjiel ta’ dak li kapaċi toffri.

Jekk tħobbu l-jazz, il-jazz kontemporanju, u jekk tħobbu l-kelma Maltija fl-aqwa tagħha, ixtru biljett għall-kunċert tal-lejla fis-7.30pm fit-teatru tal-Università tal-Belt.

Wara tirringrazzjawni.

https://www.facebook.com/events/392982811345660/


 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s