Il-Ħoss tal-Għabex

Ilbieraħ filgħaxija, fl-Offbeat Music Bar, Nadine Axisa, Joe Debono u Manuel Pulis daqqew tnejn mill-kanzunetti fl-album ta’ jazz kontemporanju ta’ Nadine, Il-Ħoss tal-Għabex, li se jitnieda fit-30 ta’ Nov. u l-1 ta’ Diċ 2019 fit-Teatru tal-Università tal-Belt.

Waħda mill-kanzunetti tal-bieraħ kienet “Lulju Lewn in-Naħal fis-Sakra,” poeżija tiegħi li dehret fi Klin u Kapriċċi Oħra (KKM 2015) immużikata minn Joe. Fl-album hemm ukoll “Lil Ommi” ta’ Rużar Briffa, li kien immużikaha Dominic Galea u kantatha Doreen Galea, u għadd ta’ kanzunetti Maltin li llum saru parti mill-istorja mużikali tagħna.

Imma dak li jagħmlu b’dan ir-repertorju magħruf Nadine, Joe u Manuel, flimkien ma’ David Vella ta’ Temple Studios, mhu prevedibbli xejn. Dan huwa jazz kontemporanju fl-aqwa tiegħu. Jekk ma jogħġbokx il-jazz, dan huwa l-mument biex tissorprendi ruħek. Jekk jogħġbok, din hija opportunità biex tara fejn sejjer il-jazz kontemporanju tagħna, bil-ħoss elettroniku, b’kisriet mhux mistennija.

Għal dawk kollha li jħobbu l-kelma Maltija, dan huwa proġett li juri x’nistgħu nagħmlu meta nlissnu l-kelma b’qima, meta nħalluha tmexxina, issaħħarna.

U fl-istess ħin, x’nistgħu nagħmlu meta nimmudellawha mill-ġdid, nagħtuha ħajjiet ġodda, nagħfsuha, inrossuha, inberrħuha. Inħalluha tinqabad mill-fewġiet u mill-irjieħ. U minn leħen Nadine.


 

Posted in: Poems, Uncategorized

1 thought on “Il-Ħoss tal-Għabex Leave a comment

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s