Il-Ħemda tal-Ġlata

Fl-2018 u fis-snin ta’ qabel ħdimt mill-qrib ma’ Mario Cardona fuq il-poeżiji tiegħu li issa jinsabu miġburin fil-ktieb Fuq Kaxxa tal-Birra Rasha ‘l Isfel. Inħoss li l-vuċi poetika tiegħu toffri xi ħaġa ġdida lill-udjenza tal-poeżija bil-Malti. Hemm poeżija f’din il-ġabra li nemmen li tagħmel dak li ebda poeżija oħra ma tagħmel, imma hemm ħafna waqtiet poetiċi memorabbli f’dan il-ktieb ċkejken. Din hija ġabra li fost il-ħafna merti tagħha għandha l-mertu kbir tal-umiltà, umiltà sinċiera.


mario cardona ktieb

FUQ KAXXA TAL-BIRRA RASHA ‘L ISFEL ta’ Mario Cardona issa għall-bejgħ mingħand Agenda Bookshop jew waqt it-tnedija li se ssir nhar il-Ġimgħa, l-1 ta’ Novembru, fis-7.30pm, Ir-Razzett Tal-Qasam, il-Manikata.

Ovvjament, se jkun magħna wkoll waqt il-Festival tal-Ktieb!

Araw x’kellu xi jgħid il-Professur Adrian Grima dwar din il-ġabra:

“Fuq dawn il-poeżiji hemm id-dell qalil ta’ ħolqien li huwa akbar mill-bnedmin. Fihom hemm konverżazzjoni mqanqla, qabelxejn, mal-art, mas-sema u mal-baħar. Hemm iċ-ċokon umiljanti tal-bnedmin, imma hemm ukoll il-kburija siekta tal-poeta li jipparteċipa, permezz tal-poeżija, b’umiltà, b’ġesti żgħar, imma b’konvinzjoni kbira, fil-proġett il-kbir tal-ħolqien.”


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s