Biex l-Awturi Jitħallsu ta’ Xogħolhom

Is-Sibt 14 ta’ Settembru 2019

Dalgħodu ħadt sehem fl-ewwel Kungress Nazzjonali tal-Awturi Maltin immexxi mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Bħal dawk kollha preżenti, ivvutajt favur mozzjoni li tipproponi li tistabbilixxi bil-liġi d-drittijiet ekonomiċi minimi tal-awturi meta jippubblikaw xogħol. Dan huwa pass verament importanti fl-istorja tal-kitba u l-kittieba Maltin. 

Adrian Grima - Kungress Nazzjonali tal-Kittieba 14.9.19 - Virginia Monteforte
Ritratt meħud waqt l-intervent tiegħi minn Virginia Monteforte

Fl-intervent qasir li talabni nagħmel il-Kunsill, permezz ta’ Matthew Borg, li jieħu ħsieb l-Avvenimenti u Drittijiet ta’ Barra fil-Kunsill, 

  • irringrazzjajt lill-Kunsill tal-konsultazzjoni li għamel, fuq medda ta’ żmien, fuq il-kwistjoni tad-drittijiet ekonomiċi tal-awturi; 
  • faħħart ukoll il-fatt, bħalma għamlu Salv Sammut u oħrajn, li l-mozzjoni favur dawn id-drittijiet tirrikonoxxi l-kontribut fundamentali li qed jagħtu l-pubblikaturi minkejja d-diffikultajiet kbar li jiffaċċjaw minħabba s-suq żgħir tagħna, in-nuqqas ta’ qari tal-Maltin, u n-nuqqas ta’ promozzjoni u kultura tal-kotba inġenerali f’pajjiżna; 
  • fakkart li f’pajjiżna l-istituzzjoni ewlenija tal-edukazzjoni obbligatorja qiegħda twarrab sistematikament il-letteratura mill-iskejjel u l-kurrikulu u għalhekk inizjattiva bħal din tad-drittijiet tal-awturi tgħinna biex nilqgħu għall-oppożizzjoni li qed jiffaċċja t-tagħlim tal-letteratura fl-iskejjel. F’dan id-dawl, il-punt tas-Sur Mark Camilleri, li jmexxi l-KNK, dwar il-funzjoni ewlenija tal-kotba u l-kittieba fl-iżvilupp kulturali, intellettwali u edukattiv ta’ pajjiżna huwa partikolarmennt rilevanti; 
  • qbilt mal-mozzjoni li titkellem favur l-awtonomija tal-Kunsill mill-gvern tal-ġurnata, ikun liema jkun, imma għedt li xi mument irridu niddiskutu kif jinħatar il-Kunsill biex ikun iktar awtonomu u rappreżentattiv. Il-mudell li jista’ jintuża huwa dak tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti; 
  • semmejt il-funzjoni importanti li jrid ikollhom l-edituri letterarji fil-proċess tal-pubblikazzjoni biex ix-xogħlijiet letterarji li joħorġu jkunu ta’ kwalità ogħla. 
knk DSC9650-e1568455730587
Il-kittieba kollha li ħadu sehem fil-Kungress

KNK_Logo-300Għalija din kienet inizjattiva importanti min-naħa tal-Kunsilll Nazzjonali tal-Ktieb li turi kemm il-konsultazzjoni, il-konvinzjoni u x-xogħol iebes jista’ jwassal għal riżultati konkreti. 

Grazzi lil dawk kollu li ħadmu fuq din l-inizjattiva u fuq dan l-ewwel kungress. 

https://www.tvm.com.mt/mt/news/il-knk-bmozzjoni-biex-il-kittieba-maltin-jithallsu-ghal-xogholhom/


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s