It-Tnedija tal-album ta’ Djun

IMG_1701

It-tieni lejla tat-tnedija tal-album Il-Ħlas tal-grupp Djun f’Palazzo de la Salle kienet lejla ta’ mużika u lirika mill-aqwa.

Komplejtu twessgħu l-orizzonti tal-kanzunetta. Il-ħsejjes, il-kliem, l-emozzjonijiet. Warrabtu l-frażijiet prevedibbli, il-klixejiet. Għarrixtu fil-fond tal-memorji, tal-mistoqsijiet li ma jħalluniex bi kwietna, tal-esperjenzi li għalihom m’hemmx kliem. Kantajtu dwar dak li mhux faċli tkanta dwaru u xorta żżomm udjenza fuq ix-xwiek.

IMG_1706

Grazzi ta’ dan ix-xogħol CharlesJustin, Ryen, Michael, u Paul. Xtaqtkom bqajtu ddoqqu u tkantaw imqar siegħa oħra.

Ilni ġimgħat nisma’ erbgħa mill-kanzunetti, kultant b’mod ossessiv. Issa għandi s-sett kollu u għandi bżonn ħafna ġimgħat biex nassorbihom. Bejn bix-xogħol li għandi b’lura u d-Djun li rrid naqta’, għandi l-bqija tas-sena okkupata.


 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s